Inħejju pjan flimkien
Pjan għat-tmexxija tal-kampanja tiegħek jippermettilek tiffoka fuq il-passi kollha meħtieġa.
- Stabbilixxi objettiv li jista’ jitkejjel.
- Eżempju: “Naqqas il-mard relatat mal-istress f’ċentri telefoniċi matul it-3 snin li ġejjin b’10 %”
- Iffoka fuq udjenza fil-mira speċifika.
-.Eżempju: maniġers tal-persunal f’kumpaniji akbar jew sidien ta’ intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju.
- Żviluppa messaġġ ċar.
- Dan għandu jkun imfassal skont l-udjenza fil-mira tiegħek u idealment ikun jinkludi rakkomandazzjonijiet li tista’ taġixxi fuqhom.
- Eżempju: “Ir-riċerka wriet li ċ-ċentri telefoniċi jistgħu jnaqqsu l-mard relatat mal-istress billi jsegwu tliet passi bażiċi.”
- Identifika l-midja l-aktar adattata biex tilħaq lill-udjenza fil-mira tiegħek.
- Ikkunsidra pereżempju jekk għandekx tuża reklami, reklamar bil-posta diretta, kartelluni, seminars jew żjajjar.
- Aqbel dwar baġit.
- Inkludi ammont żejjed, pereżempju 10 % għal spejjeż addizzjonali mhux mistennija.
- Sib data tajba għat-tnedija.
- Evita perjodi ta’ btajjal ewlenin, bħaż-żmien ta’ qabel il-Milied, u pprova orbot il-kampanja tiegħek ma’ avveniment topiku jew staġun biex tagħtiha aktar reżonanza.
- Evalwa l-kampanja tiegħek.
- Tgħallem mill-esperjenza tiegħek, biex il-kampanja li jmiss tiegħek ikollha impatt ikbar.