Objettivi ewlenin tal-kampanja
Żomm f’moħħok l-objettivi ewlenin tal-kampanja tiegħek.
- Qajjem sensibilizzazzjoni dwar il-problemi tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH), inklużi l-kawżi tagħhom, fost il-maniġers, l-impjegati u l-persuni li jagħtuhom pariri dwar dawn il-kwistjonijiet, pereżempju l-professjonisti mediċi.
- Ipprovdi soluzzjonijiet prattiċi permezz ta’ “mudelli ta’ prattika tajba”.
- Żid l-għarfien tal-forza tax-xogħol ta’ legiżlazzjoni rilevanti u inkoraġġixxi lill-organizzazzjonijijet ikunu konformi ma’ dan.
- Wissi lin-nies dwar riskji ġodda u s-soluzzjonijiet possibbli.
- Ikseb appoġġ għal bidliet fil-leġiżlazzjoni jew il-linji gwida.
- Poġġi lill-organizzazzjoni tiegħek bħala awtorità dwar l-OSH u sieħeb ta’ valur.