Sit web
Adattat għal:
It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.
Kif jista’ jintuża?
L-organizzazzjoni tiegħek probabbilment diġà għandha s-sit web tagħha. Jeħtieġ li tivvaluta xi trid tagħmel għall-kampanja tiegħek. Trid tiddedika parti mis-sit web tiegħek għall-kampanja l-ġdida, jew trid tiżviluppa sit web speċifiku għall-kampanja?
Benefiċċji
- Sit web issa huwa għodda popolari u indispensabbli biex tikkomunika mal-pubbliku.
- Permezz ta’ sit web tista’ tospita l-materjali kollha tal-kampanja tiegħek f’post wieħed (jew stqarrijiet għall-istampa jew fuljetti u vidjos).
- Jekk ikun iddisinjat tajjeb, se jħeġġeġ lill-utenti jerġgħu jidħlu biex ifittxu informazzjoni. Is-siti web jippermettulek tinteraġixxi mal-utenti, eż. permezz tal-kummenti.
Limitazzjonijiet
- Biex tinkoraġġixxi lill-utenti jerġgħu jżuru s-sit web tiegħek, trid taġġornah regolarment.
- Kun af li l-kontenut li tpoġġi online huwa pubbliku u jista’ jkun diffiċli biex tissorvelja u tikkontrolla kif utent juża l-informazzjoni li tipprovdi.
X’inhu l-aħjar li tuża, is-sit web eżistenti tiegħek jew tibni wieħed ġdid?
- Jekk is-sit web tiegħek huwa magħruf sew fost il-partijiet ikkonċernati tiegħek u l-udjenza fil-mira tiegħek, jista’ jkun aktar kost effettiv li tiddedika parti mis-sit web tiegħek għall-kampanja tiegħek.
- Jekk le, allura kkunsidra li tibni sit web speċifiku għall-kampanja. Dan joffrilek aktar libertà biex tagħmel xi ħaġa speċjali u tkun aktar kreattiv milli kieku tkun fuq is-sit web istituzzjonali tiegħek.
X’għandek tinkludi
- Jekk għandek identità viżwali għall-kampanja, użaha fuq is-sit web.
- Inkludi logo tal-kampanja kif ukoll il-logo tal-organizzazzjoni tiegħek u logos tas-sħab tiegħek.
- Agħmel il-materjali kollha ta’ informazzjoni żviluppati għall-kampanja disponibbli f’formola li tista’ titniżżel mis-sit web.
- Ara li jkollok taqsima ddedikata għall-midja. Inkludi l-istatistika u l-fatti importanti kollha relatati mal-kampanja tiegħek, flimkien ma’ kwalunkwe studju tal-każ u d-dettalji ta’ kuntatt tal-“ambaxxaturi” tal-kampanja tiegħek, jekk ikollok minnhom.
- Ara li jkollok taqsima bi stampi u filmati li jistgħu jitniżżlu.
- Ara li jkollok taqsima ta’ “x’hemm ġdid” li turi l-attivitajiet kollha tal-kampanja u aġġornaha regolarment biex turi l-attività.
- Inkludi kalendarju bl-avvenimenti kollha li ġejjin. Inkludi wkoll informazzjoni dwar kif tirreġistra u tattendi jekk dan ikun avveniment miftuħ, u fejn tista’ titlob informazzjoni mod ieħor.
- Għandu jkun hemm taqsima ta’ mistoqsijiet u tweġibiet dwar il-kampanja.
- Dejjem inkludi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ xi ħadd li jista’ jipprovdi lill-viżitaturi b’informazzjoni addizzjonali.