Firma tal-email
Adattat għal:
It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.
X’inhi?
Firma elettronika fl-aħħar tal-emails tiegħek.
Benefiċċji
- Firma bl-email isservi bħala business card. Xi drabi din tkun l-ewwel sinjal viżiv tal-kumpanija tiegħek li r-riċevitur jara.
- Jekk jolqot l-għajn, jinkoraġġixxi lin-nies iżuru s-sit web tiegħek.
Limitazzjonijiet
- Mhux kull programm tal-email juri grafika fl-emails, b’mod partikolari, pereżempju, jekk ir-riċevitur qed jara l-email fuq smartphone.
X’għandha tinkludi l-firma tal-email tiegħek
- Il-firma tal-email għandha tipprovdi lir-riċevituri d-dettalji ta’ kuntatt kollha li jeħtieġu:
- Isem u kunjom
- Pożizzjoni
- Isem tal-kumpanija
- L-indirizz tal-email u dak web
- Numri tat-telefon/fax
- L-indirizz tal-kumpanija.
- Matul kampanja huwa utli li żżid d-dettalji tal-kampanja tiegħek, pereżempju grafika żgħira jew strixxun online tal-kampanja tiegħek ħdejn il-firma biex tinnotifika lil dawk kollha li jirċievu l-emails tal-kampanja tiegħek.
Ifformattjar
Kun żgur li l-firma tkun ċara u li mad-daqqa t’għajn il-kampanja tkun tista’ tingħaraf. L-istess bħal business card, aktar ma tkun sempliċi, aktar aħjar.