Sett ta’ għodod tal-kampanja

Kif tagħżel l-udjenza

L-għarfien tal-udjenza fil-mira u l-medda tal-età tiegħek jiddetermina l-kampanja tiegħek u l-għodod meħtieġa.

Naturalment it-ton se jinfluwenza wkoll il-kampanja tiegħek u l-argumenti li għandek bżonn biex tikkonvinċi lill-udjenza tiegħek.

Aħseb sew dwar l-udjenza li tixtieq tilħaq u dwar l-għodod ta’ komunikazzjoni li jilħquhom l-aħjar fil-ħajja professjonali/ta’ kuljum tagħhom. Pereżempju:

  • Udjenza pubblika żagħżugħa tipikament tintlaħaq l-aħjar permezz ta’ komunikazzjonijiet online.
  • Dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-OSH jistgħu jintlaħqu l-aħjar permezz tal-istampa speċjalizzata professjonali.
Selecting the audience