Sett ta’ għodod tal-kampanja

Messaġġ

Aħseb b’attenzjoni dwar il-messaġġ ewlieni tal-kampanja u x’qed tipprova tikkomunika permezz tal-kampanja tiegħek.

Trid tkun kapaċi tqassar il-messaġġ tiegħek f’termini sempliċi, rilevanti għall-udjenza fil-mira tiegħek.

Pereżempju: Tużax il-mowbajl waqt li qed issuq.

Ladarba tkun sibt il-messaġġ li trid, se jkollok bżonn argumenti ta’ sostenn biex tispjega f’aktar dettall għaliex l-udjenza fil-mira għandha tisimgħek. Huwa hawnhekk fejn tissottolinja kemm hi kbira l-problema, possibbilment billi tappoġġa l-evidenza tiegħek b’xi data statistika u turi l-effetti ta’ benefiċċju tal-bidliet li qed titlob.

Messaġġi ta’ sostenn għall-eżempju ta’ sewqan sikur ta’ hawn fuq jistgħu jinkludu:

  • Li tuża l-mowbajl waqt li ssuq mhux biss kontra l-liġi imma huwa wkoll ta’ periklu.
  • Jekk tinqabad tuża l-mowbajl waqt li tkun qed issuq, ma tirriskjax biss li titlef il-liċenzja u l-impjieg tiegħek, imma tista’ tikkawża inċident serju.
  • Li tuża mowbajl, anke handsfree, joħloq riskju sinifikanti ta’ inċident kemm għalik kif ukoll għal utenti tat-triq oħra.
  • Wieħed minn kull għoxrin inċident tat-traffiku huwa kkawżat mill-użu tal-mowbajl.
  • Jekk ikollok bżonn tagħmel telefonata relatata max-xogħol, ieqaf f’post sikur biex tikkonċentra fuqha biss.
Message