Iddefinixxi r-riżultati mistennija tiegħek
Il-komunikazzjoni hija l-aktar effettiva meta tkun relatata ma’ xi ħaġa prattika u tanġibbli.
Aħseb dwar kif tista’ tkejjel is-suċċess tal-kampanja tiegħek u tinkorpora sistema ta’ evalwazzjoni fil-kampanja tiegħek qabel ma tnediha.
L-evalwazzjoni kwalitattivatkejjel il-perċezzjoni tal-pubbliku dwar il-kampanja tiegħek. Din ma toffrix ċifri ċerti iżda tgħinek tifhem l-impatt tal-kampanja tiegħek, pereżempju jekk ikun hemm bidla fl-attitudni fost l-udjenza fil-mira tiegħek.
Miżuri kwalitattivi jinkludu:
- stħarriġ bl-email/online
- intervisti bit-telefon
- intervisti fuq il-post
Evalwazzjoni kwantitattiva tkejjel il- firxa u l-viżibbiltà tal-kampanja tiegħek.
Huwa aktar faċli li l-miżuri kwantitattivi jiġu ppreżentati bħala riżultati. L-evalwazzjoni kwantitattiva tista’ tkejjel is-suċċess billi tanalizza:
- il-firxa tal-kampanja tiegħek: kemm nies semgħu l-messaġġ tiegħek?
- il-viżibbiltà tal-kampanja tiegħek: kemm ksibt viżibbiltà permezz tal-midja? Kemm-il artiklu, rapport, eċċ., iġġenerat il-kampanja tiegħek?