Sett ta’ għodod tal-kampanja

Reklamar stampat

Adattat għal:

Organizzazzjonijiet medji sa kbar.

X’inhi?

Reklamar stampat ifisser reklami li huma stampati f’kopja stampata f’pubblikazzjonijiet (gazzetti, rivisti, ġurnali) li x’aktarx jinqraw mill-udjenza fil-mira tiegħek.

Benefiċċji

  • Jekk tixtri reklam f’rivista b’ċirkolazzjoni kbira, iżżid il-probabbiltà li tilħaq udjenza wiesgħa.
  • Barra minn hekk, tista’ tagħżel bejn gazzetti ta’ kuljum jew rivisti ta’ kull xahar jew kull kwart ta’ sena, skont l-udjenza fil-mira tiegħek u d-drawwiet tal-qari tagħhom.

Limitazzjonijiet

  • Normalment ir-reklami stampati jiswew ħafna flus imma jekk għandek sħubija tal-midja tista’ tinnegozja rati aħjar.
  • Kun af li l-paġni l-aktar mixtieqa (fuq il-qoxra jew dawk fuq in-naħa tal-lemin tal-paġna) huma wkoll l-aktar għaljin.

Agħżel il-pubblikazzjonijiet l-aktar xierqa

  • Aħseb bir-reqqa dwar f’liema gazzetta/rivista tixtieq tpoġġi r-reklam.
  • Aħseb dwar l-udjenza fil-mira tiegħek u dwar il-pubblikazzjonijiet li x’aktarx jinqraw l-aktar u agħżel il-pubblikazzjoni skont dan:
    • Pereżempju, jekk qed tipprova tilħaq il-pubbliku ġenerali, gazzetta nazzjonali tkun l-aktar rilevanti.
    • Filwaqt jekk fil-mira tiegħek għandek maniġers tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, għandek tpoġġi r-reklam tiegħek fil-pubblikazzjonijiet xierqa u speċjalizzati.

Disinn viżwali

  • L-ewwel iddeċiedi dwar id-dehra u l-karattru ġenerali tal-kampanja tiegħek (bħal logo, il-messaġġ li tixtieq twassal, skema tal-kuluri, eċċ.). L-għan huwa li tinżamm l-istess identità viżwali fil-materjal kollu tal-kampanja.
  • Trid tkun ċert li kull darba li xi ħadd jara informazzjoni dwar il-kampanja tiegħek, ikun jistaʼ jagħrafha f’formati differenti.
  • Id-disinn viżwali tiegħek għandu jiġbed l-attenzjoni tal-qarrejja. Jeħtieġ ukoll li jorbot mal-messaġġ tiegħek. It-titlu waħdu għandu jagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa. F’ħafna każijiet, dan huwa dak kollu li n-nies se jaqraw.

Il-kunċett bażiku

Reklam jeħtieġ li jkollu kunċett. Dan jista’ jkun immaġni intelliġenti jew titlu li jolqot l-għajn li jissottolinja l-messaġġ tiegħek u jattira l-attenzjoni ta’ min jarah.

Kontenut u tqassim

  • Kun konxju tal-ispazju tat-test u d-daqs fuq ir-reklam tiegħek u kif dawn huma relatati mad-daqs tar-reklam tiegħek. Jekk għandek reklam ta’ kwart ta’ paġna f’rivista, trid toqgħod attent aktar biex tiżgura li t-titlu tiegħek ikun viżibbli. Żomm it-test ewlieni tar-reklam qasir, tipikament mhux aktar minn 200 kelma.
  • Inkorpora “sejħa għall-azzjoni” – għid lill-qarrejja dak li tridhom jagħmlu. Dan jista’ jkun f’titlu jew lejn l-aħħar tar-reklam.
  • Dejjem inkludi d-dettalji ta’ fejn wieħed jista’ jikseb aktar informazzjoni. Idderieġi lin-nies lejn is-sit web rilevanti.
  • Jekk qed tuża stampi, kun ċert li tużahom bir-riżoluzzjoni xierqa. Immaġni b’ħafna tikek tirrifletti ħażin fuq l-organizzazzjoni tiegħek. Kun żgur li għandek id-drittijiet tar-ritratt u rrikonoxxi (agħti kreditu) lil-fotografu jekk ikun meħtieġ.

Riżorsi esterni

Jekk trid tieħu bis-serjetà l-investiment tiegħek fil-mezz ta’ reklamar stampat, idealment għandek tirrikorri għall-għajnuna ta’ aġenzija tal-Komunikazzjoni/tar-Reklamar biex tgħinek tiżviluppa l-kunċett tar-reklam stampat tiegħek.

Eżempju tal-aħjar prattika

Il-jum għas-sensibilizzazzjoni dwar l-HIV/AIDS/iż-żigarella ħamra saru simbolu tal-ġlieda kontra l-HIV/AIDS. L-għan tiegħek huwa li toħloq l-istess tip ta’ assoċjazzjoni f’moħħ in-nies. Għandhom iħarsu lejn il-materjal ta’ komunikazzjoni tiegħek, il-logo u l-kuluri eċċ, u għandhom jaħsbu minnufih: “Iva, din hija l-kampanja xxx”.