Sett ta’ għodod tal-kampanja

Reklamar online

Adattat għal:

Organizzazzjonijiet medji sa kbar.

X’inhi?

Ir-reklami online jinkludu firxa wiesgħa ta’ għodod, eż. siti web, strixxuni tal-web, strixxuni pop-up, reklami fuq il-midja soċjali, bullettini, vidjows virali u reklami fuq l-internet. Ħafna minnhom huma deskritti xi mkien ieħor f’dan is-sett ta’ għodod.

Benefiċċji

  • Ir-reklami online issa huma l-fergħa l-aktar popolari u li qiegħda tiżviluppa tar-reklamar.
  • Joffrilek firxa wiesgħa ta’ għodod. Uħud minnhom jistgħu jintużaw bla ħlas (eż. il-midja soċjali).

Limitazzjonijiet

  • Jekk tagħżel reklami online aktar kumplessi, dan jista’ jwassal għal aktar spejjeż f’kampanja.
  • Jekk qed tikkunsidra li tipprepara reklami online (speċjalment reklami interattivi pop-up), itlob l-għajnuna tal-professjonisti.
  • Żomm f’moħħok ir-regoli li japplikaw għar-reklamar fil-beraħ u dak stampat.

Kif tifformattja r-reklam tiegħek

  • Kun konċiż.
  • Uża stampi u slogans li jolqtu lil dak li jkun.
  • Tinsiex il-logo tiegħek.

Ara kemm jagħmel suċċess

Uża soluzzjonijiet statistiċi, pereżempju Google Analytics jew Matomo, biex iżżomm rendikont tan-numru ta’ viżitaturi tar-reklami tiegħek u l-imġiba tagħhom.