Sett ta’ għodod tal-kampanja

Reklamar fil-beraħ

Adattat għal:

Organizzazzjonijiet akbar b’riżorsi finanzjarji akbar.

X’inhi?

Ir-reklamar fuq barra jinkludi diversi tipi ta’ wirjiet promozzjonali, minn billboards fit-triq għal posters ta’ tranżitu u tqegħid fi stadji, kollha mmirati biex jikkomunikaw messaġġ lill-pubbliku fuq skala kbira.

Benefiċċji

  • Reklamar fuq barra mqiegħed strateġikament jiggarantixxi espożizzjoni sostanzjali għal investiment żgħir ħafna. Dan jagħmel ir-reklamar fuq barra kosteffettiv ħafna.

Limitazzjonijiet

  • Dawn il-kampanji s-soltu jkunu jiswew ħafna flus.

Kif tippjana l-kampanja ta’ reklamar

  • Meta tippjana l-midja kkunsidra:
    • Għandek fil-mira tiegħek il-professjonisti jew il-pubbliku ġenerali?
    • Il-grupp fil-mira tiegħek aktarx li juża t-trasport pubbliku jew aktarx li juża l-karozza tiegħu biex imur għax-xogħol?
  • Żviluppa mappa tal-belt/tal-ibliet fil-mira b’punti strateġiċi.
  • Tinsiex li huwa aħjar li jkun hemm inqas punti magħżula li jinsabu f’pożizzjoni strateġika u li huma viżibbli ħafna, milli numru kbir ħafna taʼ kartelluni li huma żgħar wisq u li ma tantx jinsabu fejn jistgħu jilħqu b’mod effettiv lill-udjenza fil-mira tiegħek.

Messaġġ u immaġnijiet

  • Ħafna nies jinnutaw l-immaġni u l-motto. Timliex l-ispazju b’ħafna test, peress li n-nies ma jaqrawhx.
  • L-immaġni li tagħżel jeħtieġ li tiġbed biżżejjed l-attenzjoni tan-nies biex jieqfu u jinnuntawha.
  • Il-messaġġ tiegħek għandu jkun jinftiehem minnufih minn kulħadd u b’linġwaġġ sempliċi. Tużax metafori kkumplikati.
  • Żid “sejħa għal azzjoni”.
  • Il-messaġġ tiegħek għandu jkun qasir u provokattiv.
  • Kun ċert li tuża tipa kbira biżżejjed li tistaʼ tinqara mill-bogħod, u waqt li persuna tkun miexja.
  • Tinsiex li Inqas Huwa Aktar: reklami diretti u ffukati jħallu aktar impatt.
  • Jekk is-suġġett jippermetti, inkludi element ta’ umoriżmu fir-reklam tiegħek.

Inkludi d-dettalji ta’ kuntatt

Bħal formati ta’ reklami oħra, tinsiex iżżid id-dettalji ta’ kuntatt tiegħek bħal numri tat-telefon u siti web minn fejn in-nies jistgħu jiksbu aktar informazzjoni.

Reklamar diġitali

  • Huwa possibbli wkoll li tuża reklamar diġitali fil-beraħ. Dan x’aktarx li jiġbed l-attenzjoni ta’ dak li jarah.
  • Iżda wieħed għandu jżomm f’moħħu l-ispejjeż għoljin ħafna marbuta miegħu, u għalhekk jista’ ma jkunx kosteffettiv għal kampanja mingħajr skop ta’ qligħ.