Ġestjoni tal-ħaddiema permezz tal-IA
Il-maniġers ta’ suċċess ifittxu li jiżguraw il-produttività, jimmotivaw lill-impjegati u joħolqu atmosfera pożittiva. L-intelliġenza artifiċjali (IA) u s-sistemi bbażati fuq l-algoritmi jistgħu jgħinu lill-maniġers billi jawtomatizzaw il-kompiti ta’ ġestjoni fuq il-post tax-xogħol. Dan jista’ jottimizza l-organizzazzjoni tax-xogħol kemm għall-impjegaturi kif ukoll għall-ħaddiema. Pereżempju, l-algoritmi jistgħu jbassru d-domanda futura tal-klijenti biex b’hekk ix-xiftijiet ikunu jistgħu jiġu skedati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-persunal u jiġu evitati l-effetti negattivi ta’ nuqqas ta’ persunal. Il-ġestjoni algoritmika tista’ tintuża wkoll biex jiġu assenjati kompiti lill-ħaddiema abbażi tal-kapaċitajiet u l-ħiliet tagħhom.
Madankollu, hemm numru ta’ riskji psikosoċjali li għandhom jiġu kkunsidrati. L-ilment l-aktar komuni huwa li l-ħaddiema jħossu inqas awtonomija minħabba li l-kapaċità tagħhom li jieħdu d-deċiżjonijiet hija limitata. Iħossu li m’għadx għandhom kontroll fuq xogħolhom. Barra minn hekk, iħossuhom taħt pressjoni biex jaħdmu b’aktar għaġla, u b’hekk jikkawżaw stress relatat max-xogħol, kwistjonijiet tas-saħħa u aċċidenti.
Biex jiġi żgurat li s-sistemi ta’ ġestjoni tal-ħaddiema bbażati fuq l-IA jkollhom impatt pożittiv, huwa importanti li taħdem flimkien mal-ħaddiema biex tibni l- . Dan jibda billi jiġu kkonsultati l-ħaddiema u jitħallew jipparteċipaw fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni algoritmika. It-trasparenza hija kruċjali.
Tgħallem kif tista’ tagħmel l-aħjar użu mis-sistemi ta’ ġestjoni tal-ħaddiema bbażati fuq l-IA mir-riżorsi tal-kampanja tagħna.
Riżorsi rakkomandati
Pubblikazzjonijiet
- Intelliġenza artifiċjali għall-ġestjoni tal-ħaddiema: implikazzjonijiet għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol
- Teknoloġiji diġitali għall-ġestjoni tal-ħaddiema: implikazzjonijiet għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol Studju komparattiv ta’ żewġ kumpaniji tal-karozzi fil-Belġju u fl-Italja
- Il-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza tal-ħaddiema: l-impatt fuq il-prevenzjoni tar-riskju tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-ħaddiema tal-IA
- Il-mod li bih it-teknoloġija diġitali qed issawwar mill-ġdid l-arti tal-ġestjoni
- Il-ġestjoni tal-ħaddiema permezz tal-IA - Mill-iżvilupp teknoloġiku għall-impatti fuq il-ħaddiema u s-sigurtà u s-saħħa tagħhom
Studji tal-każijiet
Tgħarrif dwar il-politika
- Intelliġenza Artifiċjali għall-ġestjoni tal-ħaddiema: riskji u opportunitajiet
- Intelliġenza artifiċjali għall-ġestjoni tal-ħaddiema: miżuri ta’ prevenzjoni
- Intelliġenza artifiċjali għall-ġestjoni tal-ħaddiema: definizzjonijiet ta’ mmappjar, użi u implikazzjonijiet
- Intelliġenza Artifiċjali għall-ġestjoni tal-ħaddiema: regolamenti eżistenti u futuri
- L-impatt tal-intelliġenza artifiċjali fuq is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali