Aħtaf l-opportunitajiet
Biex tkompli xxerred il-messaġġ tal-kampanja tiegħek, aħtaf l-opportunitajiet individwali li jistgħu jinfetħu għalik.
Dan jista’ jinkludi:
- opportunità ta’ ritratti għall-istampa
- telefonati fuq ir-radju dwar il-kwistjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
- kitba u tqegħid ta’ artikli f’rivisti u ġurnali (pereżempju dwar il-ġestjoni tal-persunal, f’ġurnali kummerċjali u dwar is-sigurtà)
- suġġeriment ta’ dokumentarju tat-televiżjoni lil kumpanija televiżiva — se jkunu jridu jafu dwar l-esperjenzi reali tal-ħaddiema u jkunu interessati f’esperti li jixtiequ jitkellmu quddiem il-kamera.
- bgħit ta’ ittra lill-ġurnal, pereżempju wara inċident irrappurtat fuq il-post tax-xogħol relatat mas-suġġett tal-kampanja tiegħek.
L-interess uman
- L-istampa u l-midja ġeneralment iridu perspettiva ta’ interess uman. Se jkunu jridu statistika ta’ inċidenti sostnuta minn vittmi tal-ħajja reali jew mill-qraba tagħhom.
- Testimonjanzi u/jew ritratti ta’ vittmi jistgħu jkunu meħtieġa għall-istqarrijiet għall-istampa, filmati, reklami u intervisti. Dawk li jipproduċu dokumentarji televiżivi se jkunu jridu nies lesti li jitkellmu quddiem il-kamera.
- Gruppi ta’ pressjoni mhux governattivi relatati mas-saħħa u t-trade unions jistgħu jkunu sorsi ta’ kuntatti.
