Kif timmappja r-riżorsi tiegħek
Il-kampanji inevitabbilment jeħtieġu l-ħin u l-flus. Għandek biżżejjed minn dawn it-tnejn li huma biex tiġġustifika l-kwistjoni li tixtieq tippromwovi?
Kampanja effettiva tfisser li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi eżistenti. Dawn jistgħu jinkludu:
- sħab possibbli u “alleati”
- mezzi finanzjarji (baġit)
- distribuzzjoni/għodod ta’ komunikazzjoni eżistenti
- riżorsi interni disponibbli.
Aħseb sew dwar ir-riżorsi li diġà għandek għad-dispożizzjoni tiegħek u kif tista’ tużahom bl-aħjar mod fil-kampanja tiegħek. Naturalment, il-baġit li għandek disponibbli jiddetermina l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kampanja tiegħek.