Reklami qosra fuq ir-radju
Adattat għal:
Organizzazzjonijiet medji sa kbar.
X’inhi?
Reklam fuq ir-radju huwa bħal reklam fuq it-televiżjoni iżda adattat għar-radju.
Benefiċċji
- Ma jiswix wisq flus.
- Ta’ min jikkunsidrah jekk l-udjenza tiegħek tabilħaqq tisma’ r-radju.
Limitazzjonijiet
- Reklam fuq ir-radju probabbilment għandu inqas impatt minn reklam fuq it-televiżjoni.
- Żomm f’moħħok it-tul tar-reklam.
- Hemm ħafna formati iżda dawk l-aktar komuni huma 30 jew 60 sekonda. Jistgħu jkunu iqsar, iżda ma jistgħu qatt ikunu itwal.
X’għandek tinkludi
- Il-messaġġ għandu jinkludi s-slogan tal-kampanja tiegħek.
- Għandu jgħid min, kif u xiex.
- Għandu wkoll jagħti indikazzjonijiet dwar x’għandek tagħmel, u fejn tista’ ssib aktar informazzjoni.
Uża kelliem professjonali
Dejjem uża kelliem professjonali. Dawn ikunu jistgħu jinkludu l-ammont xieraq ta’ emozzjoni u enerġija, u jkunu jafu t-tekniki kollha biex jitkellmu b’mod ċar u artikolat.
Distribuzzjoni
Minbarra li xxandru fuq l-istazzjonijiet tar-radju, tista’ wkoll tagħmlu bħala fajl MP3 li jista’ jitniżżel mis-sit tal-internet tiegħek.
Eżempji
Eżempju 1 (reklam ta’ 15-il sekonda): “It-tipjip huwa l-kawża ewlenija ta’ mwiet ta’ nirien fid-djar. Jekk tpejjep, kun ċert li titfi dak is-sigarett kompletament. Itfih. Kompletament. Kull darba. Dan il-messaġġ huwa mill-Assoċċjazzjoni Brittanika għas-Servizzi tat-Tifi tan-Nar, is-servizz lokali tiegħek tat-tifi tan-nar u tas-salvataġġ, u dan l-istazzjon tar-radju. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ċempel XXXXX”
Eżempju 2 (reklam ta’ 30 sekonda): “Jien, il-Kap John Doe minn Anytown, mid-dipartiment tat-tifi tan-nar ta’ Anystate. Qatt tfajt il-fdalijiet tas-sigaretti fil-landa taż-żibel? Il-probabbiltajiet huma li rajt x’jista’ jiġri jekk dawk il-fdalijiet ikunu għadhom jaħarqu. Forsi kont fortunat dik id-darba. Iżda min jaf jekk terġa’ tiġri u tkun rieqed? Nar li jkun qabad minn sigarett ma jinteressahx jekk intix rieqed jew le.
Kun ċert li s-sigarett tiegħek ikun mitfi kompletament biex tkun tista’ twaqqaf in-nar qabel ma jibda. Jekk tpejjep, itfih. Kompletament. Kull darba. Dan il-messaġġ qed jingħata lilek mill-Assoċċjazzjoni Brittanika għas-Servizzi tat-Tifi tan-Nar, is-servizz lokali tiegħek tat-tifi tan-nar u tas-salvataġġ, u dan l-istazzjon tar-radju. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ċempel xxx”