Spanja: “il-liġi tas-sewwieqa”, regolament il-ġdid dwar ix-xogħol ta’ pjattaforma diġitali
L-istatus tal-impjieg tal-ħaddiema tal-pjattaformi diġitali spiss ikun ambigwu. Bħala tali, id-drittijiet tagħhom rigward is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali, is-sigħat tax-xogħol u l-kumpens mhumiex stabbiliti b’mod ċar skont il-liġijiet eżistenti. Dan ikompli jiġi aggravat mill-ġestjoni algoritmika tal-ħaddiema tal-pjattaformi li tinfluwenza l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-allokazzjoni tax-xogħol tagħhom.
Dan l-istudju tal-każ jenfasizza inizjattiva fi Spanja biex jiġu regolati d-drittijiet tal-ħaddiema tal-pjattaformi billi tiġi introdotta l-hekk imsejħa Liġi tas-Sewwieqa permezz ta’ dispożizzjonijiet fl-Istatut tal-Ħaddiema. Dawn id-dispożizzjonijiet jindirizzaw kwistjonijiet ewlenin bħall-istatus ta’ impjieg dipendenti għall-ħaddiema tal-pjattaformi fis-settur tat-twassil u l-ħtieġa għal tal-pjattaformi diġitali kollha.
L-istudju tal-każ jikkonkludi billi jiddeskrivi l-punti b’saħħithom u n-nuqqasijiet ta’ din l-inizjattiva.
- EN |