Studji tal-każijiet


Tweġiba nazzjonali u lokali għall-isfidi tal-ekonomija tal-pjattaformi fl-Italja

Id-drittijiet tal-ħaddiema tal-pjattaformi diġitali fl-oqsma tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali, tas-sigħat tax-xogħol u tal-kumpens mhumiex stabbiliti b’mod ċar skont il-liġijiet tax-xogħol eżistenti fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.  

Dan l-istudju tal-każ jenfasizza l-karatteristiċi ewlenin tar-regolament Taljan applikabbli għax-xogħol fuq pjattaforma diġitali u għall-inizjattiva tal-Muniċipalità ta’ Bolonja, fit-tramuntana tal-Italja, sabiex jipproteġu lill-ħaddiema tal-pjattaformi (prinċipalment dawk li jwasslu l-ikel) billi jintroduċi l-“Karta tad-Drittijiet Fundamentali tax-Xogħol Diġitali fil-Kuntest Urban”. Il-Karta, adottata b’mod volontarju fil-livell reġjonali, influwenzat ukoll il-leġiżlazzjoni fil-livell nazzjonali biex tirrikonoxxi d-drittijiet ta’ sewwieqa li jwasslu l-affarijiet u li jaħdmu għal rashom. Dan sar mudell f’reġjuni oħra tal-Italja u jista’ jispira lil dawk li jfasslu l-politika madwar l-Ewropa.

Skont il-partijiet ikkonċernati, diversi pjattaformi implimentaw miżuri tal-Karta u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tjiebu għas-sewwieqa li jwasslu l-affarijiet. Huma jirrakkomandaw miżuri li jenħtieġ li jiġu estiżi għal tipi oħra ta’ ħaddiema tal-pjattaformi.   

Download PDF file in: