Spanja: Id-diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fil-manifattura awtomobilistika
Id-diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) għenet biex tissaħħaħ il-kultura preventiva tal-OSH f’Gonvauto Iberia, kumpanija tal-manifattura awtomobilistika fi Spanja. Il-ħaddiema fl-impjant spiss naqsu milli jirrapportaw ir-riskji għas-sigurtà u ntilef ħin żejjed biex jiġu solvuti azzjonijiet u inċidenti relatati mas-sigurtà. Biex dan jiġi indirizzat, inħolqot sensiela ta’ applikazzjonijiet mobbli faċli biex jintużaw. Pereżempju, l-ispezzjoni tas-sigurtà, il-permess tax-xogħol u l-apps tal-istivar tejbu l-effiċjenza u t-traċċabbiltà. Apps oħra u workshops diġitali jinvolvu lill-ħaddiema b’mod attiv fir-rapportar tar-riskji u fil-proposta ta’ soluzzjonijiet.
Gonvauto Iberia hija waħda mill-eżempji mfaħħra tas-16-il kompetizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba f’Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu, li tirrikonoxxi l-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess tar-riskji marbuta mad-diġitalizzazzjoni fuq il-post tax-xogħol.