Apparat tar-realtà assistita għal valutazzjonijiet u awditjar tal-OSH mill-bogħod: sistemi diġitali intelliġenti għat-titjib tas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema
Dan l-istudju tal-każ jiddeskrivi apparat li jintlibes tar-realtà assistita/estiża li jippermetti lill-professjonisti, lill-esperti kif ukoll lill-awdituri tal-OSH jipparteċipaw f’valutazzjonijiet jew f’awditi mill-bogħod u f’ħin reali. Minbarra l-opportunitajiet tagħha, l-użu tas-sistema jrid jitqies ukoll f’termini ta’ riskji u sfidi tal-OSH, bħad-dipendenza żejda fuq it-teknoloġija. Għalhekk, l-istudju tal-każ juri l-importanza tal-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda bħala parti minn sistema usa’ tal-OSH.
Hija waħda mis- mfassla għat-titjib tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) għall-ħaddiema f’oqsma bħall-kostruzzjoni, il-minjieri u l-manifattura. Dan l-istudju tal-każ huwa parti mill-Ħarsa Ġenerali dwar l-OSH (2020-2023), li tesplora l-isfidi u l-opportunitajiet ta’ dan it-tip ta’ teknoloġija ġdida.