Aħbarijiet


13/12/2022

Hekk kif tagħlaq il-kampanja “Ħaffef il-Piż”, aħna nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq il-futur diġitali tagħna

Image

© Canva Studio - Pexels

Hekk kif il-kampanja tal-2020-2022 Postijiet tax-Xogħol li Jġibu l Quddiem is-Saħħa ‘Jħaffu l-Piż’ tasal fi tmiemha, l-EU-OSHA tixtieq tirringrazzja n-network tal-punti fokali tagħha u s-sħab tal-kampanja l-oħrajn kollha madwar l-Ewropa tal-għajnuna li taw għal dan is-suċċess. Id-disturbi muskoloskeletali jaffettwaw miljuni ta ħaddiema, u flimkien aħna ħloqna s-sensibilizzazzjoni dwar kif dawn jistgħu jiġu evitati u ġestiti b’mod effettiv.

Diġa’ hemm pjanijiet għaddejjin bħalissa għall-kampanja li jmiss għall-2023-2025: ‘Xogħol sikur u li jġib ’il quddiem is-saħħa fl-era diġitali’, li se jenfasizza l-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq ix-xogħol u fuq il-post tax-xogħol, u l-isfidi u l-opportunitajiet assoċjati mas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH).

Skopri kif l-esperti u l-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet ewlenin Ewropej iċċelebraw u kkondividew fil-kampanja kollha li saret b’suċċess reċentement fis-Summit Postijiet tax-Xogħol li Jġibu l Quddiem is-Saħħa Jħaffu l-Piż

Sir af aktar dwar il-kampanja li jmiss, jew agħti ħarsa lejn ir-riżorsi tagħna dwar id-diġitilizzazzjoni tax-xogħol!