13/02/2025
Skopri l-finalisti tax-“Xogħol sigur u li jġib ‘il quddiem is-saħħa fl-era diġitali” Premjijiet ta’ Prattika Tajba
© EU-OSHA
Is-16-il edizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa tirrikonoxxi l-organizzazzjonijiet li jagħtu kontributi għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol marbuta mad-diġitalizzazzjoni. Il-punti fokali tal-EU-OSHA għażlu 34 eżempju nazzjonali biex jimxu ‘l quddiem lejn l-istadju finali tal-kompetizzjoni Ewropea.
Dawn l-entrati juru soluzzjonijiet diġitali innovattivi, minn għodod ta’ sikurezza mħaddma bl-IA sa apps li jippromwovu pawżi attivi matul xogħol ibridu. Ġurija tripartitika internazzjonali se tivvaluta dawn il-prattiki, u r-rebbieħa se jiġu żvelati din ir-rebbiegħa.
Skopri l-entrati magħżula