Is-saħħa u l-kura soċjali
Is-settur tas-saħħa u tal-kura soċjali huwa kruċjali għas-soċjetà Ewropea. Il-kura tas- tal-ħaddiema f’dan is-settur tgħinhom jieħdu ħsieb is-saħħa u l-benesseri ġenerali taċ-ċittadini.
- Nofs il-ħaddiema fis-settur huma esposti għal pressjoni ta’ ħin severa jew tagħbija eċċessiva fuq il-post tax-xogħol.
- 21 % għandhom nuqqas ta’ awtonomija jew nuqqas ta’ influwenza fuq ir-ritmu tax-xogħol jew il-proċessi tax-xogħol tagħhom.
- 25 % huma esposti għal vjolenza jew abbuż verbali minn pazjenti u qraba.
- 12 % huma esposti għal fastidju u bullying.
- 41% mhumiex rikonoxxuti għall-isforzi kollha li jagħmlu fix-xogħol tagħhom.
- B’kollox, 31 % tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u tal-kura soċjali jesperjenzaw stress, jew ansjetà kkawżata jew li marret għall-agħar minħabba x-xogħol (OSH Pulse, 2025).
Meta mqabbel ma' setturi oħra – u għal dawk il- kollha u r-riżultati tas-saħħa msemmija hawn fuq – is-settur tas-saħħa u l-kura soċjali huwa l-iktar affettwat.
Sir af aktar dwar dan is-suġġett, iċċekkja l-informazzjoni ta’ hawn taħt.