Pubblikazzjonijiet


Il-prevenzjoni ta’ disturbi muskoloskeletali meta jsir it-telexogħol

Il-pandemija tal-COVID-19 aċċellerat xejra dejjem tikber fit-telexogħol. Ix-xogħol ibbażat fid-dar għandu xi vantaġġi, bħall-iffrankar tal-ħin fuq l-ivvjaġġar lejn l-uffiċċju u lura. Madankollu, huwa assoċjat ukoll ma’ żieda fil-ħin bilqiegħda fit-tul, l-iżolament soċjali mill-kollegi u diffikultà fl-iskonnessjoni.

Din l-iskeda informattiva tispjega għaliex dan jista’ jkollu impatt negattiv fuq is-saħħa tat-teleħaddiema u jikkontribwixxi għall-iżvilupp jew għall-aggravar tal-mard muskoloskeletali. Din hija ppakkjata b’pariri għall-ħaddiema u għall-impjegaturi dwar il-ħolqien ta’ uffiċċju tad-dar komdu u li jġib ’il quddiem is-saħħa u pariri dwar kif persuna tibqa’ attiva matul il-jiem tat-telexogħol.