L-Italja: Robots kollaborattivi u awtomatizzazzjoni għat-titjib tal-ergonomija fis-soluzzjonijiet elettroniċi
Iffaċċjata bl-isfidi tax-xogħol manwali, Dinamica Generale ttrasformat il-proċessi tagħha b’ biex tipproteġi lill-ħaddiema u tagħti spinta lill-effiċjenza. Bl-implimentazzjoni ta’ sistemi robotiċi, il-kumpanija eliminat kompiti diffiċli, tejbet l-ergonomija u rawmet l-inklużività. B’impenn għall-innovazzjoni kontinwa, Dinamica Generale tagħti prova li t-teknoloġija diġitali tista’ tixpruna kemm is-sigurtà kif ukoll il-produttività ’l quddiem.
Dinamica Generale hija waħda mill-eżempji mfaħħra tas-16-il kompetizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, li tirrikonoxxi l-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess tar-riskji marbuta mad-diġitalizzazzjoni fuq il-post tax-xogħol.