Il-materjali tal-kampanja


Preżentazzjoni bil-PowerPoint tal-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa - Flimkien għas-Saħħa Mentali fuq ix-Xogħol

X’inhuma r-riskji psikosoċjali, u kif dawn iħallu impatt fuq il-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa? Liema azzjonijiet jistgħu jieħdu l-organizzazzjonijiet biex itejbu l-benesseri tal-ħaddiema?

Din il-Preżentazzjoni bil-PowerPoint tipprovdilek għarfien dwar kif tipproteġi s-saħħa mentali fuq ix-xogħol.

Il-preżentazzjoni tiddettalja wkoll il-ħames prijoritajiet li l-kampanja qed timmira għalihom:

  • Valutazzjoni u ġestjoni tar-riskju psikosoċjali
  • Fastidju, fastidju sesswali u vjolenza
  • Ir-riskji fiżiċi u s-saħħa mentali
  • Ir-riskji psikosoċjali fis-settur tas-saħħa u tal-kura soċjali
  • Appoġġ għas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol

Iddawnlowdja l-verżjoni lingwistika tiegħek issa!