Pubblikazzjonijiet


Awtomatizzazzjoni konjittiva: l-impatt, ir-riskji u l-opportunitajiet għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali

L-użu dejjem akbar tal-intelliġenza artifiċjali (IA) qiegħed kontinwament jittrasforma l-impjiegi u l-kompiti tax-xogħol. Għalkemm is-sistemi bbażati fuq l-IA fuq il-post tax-xogħol joffru ħafna benefiċċji, hemm dibattitu dejjem jikber dwar l-impatt tagħhom fuq is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH). L- (jew semiawtomatizzazzjoni) ta’ kompiti konjittivi b’mod partikolari tintroduċi tħassib dwar il-benessri psikosoċjali tal-ħaddiema li għandha tiġi indirizzata minn dawk li jfasslu l-politika.

Dan is-sommarju ta’ politika jiddeskrivi kemm ir-riskji kif ukoll l-opportunitajiet li s-sistemi bbażati fuq l-IA jġibu magħhom fuq il-post tax-xogħol, billi jiffoka fuq kif ġew milquta ċerti impjiegi u setturi. Jenfasizza wkoll ir-riskji ewlenin li għandhom jiġu indirizzati minn dawk li jfasslu l-politika billi jħares lejn il-liġi tax-xogħol u r-regolament dwar il-protezzjoni tad-data.

Is-sommarju ta’ politika jikkonkludi bir-rakkomandazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ħaddiema billi jimminimizza riskji relatati mal-OSH li jirriżultaw mill- tal-kompiti.

Download pdf icon in: