18/03/2025
Ġestjoni tal-ħaddiema permezz tal-IA: riżorsi disponibbli f’aktar lingwi tal-UE
© EU-OSHA
Ir-riżorsi tal-kampanja tal-EU-OSHA dwar il-ġestjoni tal-ħaddiema permezz tal-IA issa huma disponibbli f’diversi lingwi tal-UE. Jiddiskutu opportunitajiet għat-tisħiħ tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, bħat-tqabbil tal-kompiti mal-ħiliet tal-ħaddiema u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol biex ikun hemm twissija dwar ir-riskji. Il-materjali jiddeskrivu wkoll l-isfidi, bħan-nuqqas ta’ trasparenza u l-iżolament tal-ħaddiema.
Skopri l-qasam prijoritarju il-ġestjoni tal-ħaddiema permezz tal-IA bħala parti mill-kampanja “Xogħol sigur u li jippromwovi s-saħħa fl-era diġitali”.
Esplora l-iskeda informattiva u l-preżentazzjoni - issa disponibbli f’diversi lingwi tal-UE!