Aħbarijiet


29/10/2022

Il-fatturi ta’ riskji psikosoċjali u MSDs: x’nistgħu nitgħallmu dwar l-impatt tat-teknoloġiji diġitali, il-prevenzjoni u r-ritorn għax-xogħol?

Image

© Andreas Rudolf Ruhmanseder

Serje ta’ dokumenti ta’ diskussjoni u artikli jirrieżaminaw l-impatt li fatturi ta’ riskji psikosoċjali (eż. ammont ta’ xogħol eċċessiv) jista’ jkollhom fuq l-iżvilupp ta’ disturb muskoloskeletali (MSD).

Dan jinkludi pubblikazzjoni li tirrieżamina l-effett li d-diġitalizzazzjoni qed ikollha fuq l-esponiment tal-ħaddiema għal fatturi ta’ riskji psikosoċjali (eż. kompiti repetittivi) għal MSDs relatati max-xogħol.

Il-pubblikazzjonijiet jiddiskutu wkoll il-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali u l-MSDs flimkien u jippreżentaw prattiki tajbin għal ritorn sostenibbli għax-xogħol.

Skopri informazzjoni dettaljata hawnhekk:

Ir-ritorn għax-xogħol wara liv minħabba mard relatat ma’ MSDs fil-kuntest ta’ riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol

Il-fatturi ta’ riskji psikosoċjali fuq ix-xogħol fl-okkorrenza u l-prevenzjoni ta’ MSDs (fil-kuntest ta’ forom ġodda ta’ xogħol u diġitalizzazzjoni)

Fatturi ta’ riskji psikosoċjali għal MSDs – approċċi ta’ prevenzjoni