Aħbarijiet


25/10/2023

L-ewwel in-nies: Il-kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa tiggwida d-diġitalizzazzjoni tax-xogħol

Image

© EU-OSHA

Illum timmarka t-tnedija uffiċjali tal-Kampanja l-ġdida dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, “Xogħol sigur u li jġib ’il Quddiem is-Saħħa fl-era diġitali”. F’konformità mad-Deċennju Diġitali tal-Ewropa, il-Kummissarju tal-UE għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali, Nicolas Schmit jitkellem għal tranżizzjoni diġitali sostenibbli u ta' prosperità u jagħti l-appoġġ tiegħu lill-kampanja.

Filwaqt li tindirizza l-impatt ta’ teknoloġiji bħar-robots jew l-Intelliġenza Artifiċjali u forom ġodda ta’ xogħol bħal xogħol fuq pjattaforma diġitali u , il-kampanja għandha l-għan li tippromwovi l-kollaborazzjoni, ittejjeb is-sensibilizzazzjoni, u tħeġġeġ użu sigur u produttiv ta’ teknoloġiji diġitali f’diversi setturi u postijiet tax-xogħol.

Tgħallem aktar dwar il-kampanja u kif tista’ tinvolvi ruħek u tagħmel differenza fit-tfassil ta’ trasformazzjoni diġitali sigura tax-xogħol iċċentrata fuq il-bniedem!

Aqra l-istqarrija għall-istampa

Segwi l-konferenza stampa live

Kun af varjetà ta’ avvenimenti tal-kampanja organizzati matul il-Ġimgħa Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, iċċelebrata mit-23 sas-27 ta’ Ottubru madwar l-Ewropa.