Aħbarijiet


15/05/2025

Ir-rebbieħa tal-Premju ta’ Prattika Tajba jwittu t-triq għas-saħħa u s-sigurtà diġitali fuq il-post tax-xogħol

Image

© EU-OSHA

Ġew żvelati s-sitt rebbieħa u ħdax-il inizjattiva mfaħħra rikonoxxuti mill-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa. Il-premjijiet jiċċelebraw approċċi innovattivi għat-titjib tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-era diġitali fl-Ewropa kollha. Prattiki tajbin ikopru ħafna setturi differenti, mill-industrija tal-kostruzzjoni u taż-żejt u tal-gass, sal-fabbriki tal-inbid u t-telekomunikazzjonijiet.

Il-kompetizzjoni, organizzata mill-EU-OSHA f’kollaborazzjoni mal-Punti Fokali nazzjonali tagħha, hija punt ewlieni tal-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2023-25.

Il-premjijiet se jingħataw uffiċjalment lill-organizzazzjonijiet rebbieħa u mfaħħra f’ċerimonja speċjali fis-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa f’Bilbao f’Diċembru li ġej. Il-prattiki tajbin kollha mogħtija issa huma disponibbli bħala studji tal-każijiet biex jispiraw l-azzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien.

Aqra l-istqarrija għall-aħbarijiet

Skopri r-rebbieħa u l-eżempji mfaħħra