Aħbarijiet


16/10/2023

Esplora l-punti ewlenin tal-Laqgħa ta’ Sħubija fil-Kampanja tal-UE: sommarju, ritratti u reġistrazzjonijiet issa huma disponibbli!

Image

© PaulineCaplet

Il-Laqgħa ta’ Sħubija fil-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu’ l Quddiem is-Saħħa, li saret għall-ewwel darba bħala avveniment ibridu — fi Brussell u online fil-21 ta’ Settembru, laqqgħet kumpaniji u organizzazzjonijiet internazzjonali u Ewropej biex jiddiskutu l-kampanja 2023-25 “Xogħol sigur u li jġib ’il quddiem is-saħħa fl-era diġitali”, inklużi l-benefiċċji li wieħed jingħaqad mal-kawża.  

Minbarra kontribuzzjonijiet minn rappreżentanti ta’ livell għoli tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew, il-programm kien jinkludi preżentazzjonijiet dwar id-data u r-riċerka li fuqhom hija bbażata l-kampanja u l-benefiċċji li wieħed isir sieħeb uffiċjali tal-kampanja. Is-sostenituri għal żmien twil tal-kampanja bħal KETU, Business Europe, Siemens, u ENSHPO kkondividew l-esperjenzi pożittivi tal-passat u l-pjanijiet futuri tagħhom biex jinvolvu ruħhom fil-kampanja u jxerrdu l-messaġġi tagħha.  

Aċċessa s-sommarju, ir-reġistrazzjoni bil-vidjo, ir-ritratti u l-preżentazzjonijiet tal-laqgħa

Tgħallem aktar dwar l-offerta ta’ sħubija fil-kampanja u kif tapplika