Aħbarijiet


04/01/2023

Is-sistemi ta’ monitoraġġ diġitali jistgħu jiddefinixxu mill-ġdid is-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema?

Image

© Ivan Samkov on Pexels

L-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ monitoraġġ diġitali għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) bħal apps, kameras u oġġetti li jintlibsu jistgħu jagħmlu l-postijiet tax-xogħol aktar sikuri. Kemm jekk l-objettiv huwa proattiv (prevenzjoni) jew reattiv (mitigazzjoni), is-suċċess tagħhom spiss jiddependi mill-eżattezza tal-informazzjoni li jiġbru u janalizzaw. Huwa daqstant importanti li l-impjegaturi u l-ħaddiema jiġu mgħammra bl-informazzjoni li jeħtieġu biex jiżnu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi, u biex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni tajba.

Żewġ rapporti ġodda jesploraw l-isfidi u l-opportunitajiet ta’ sistemi ta’ monitoraġġ diġitali intelliġenti għall-OSH Rapport wieħed janalizza t-tipi, l-għanijiet u l-użi tas-sistemi ta’ monitoraġġ diġitali. It-tieni jippreżenta eżempji tal-aħjar prattika biex jiġu integrati b'suċċess sistemi ġodda ta' monitoraġġ fuq il-post tax-xogħol.

Ara r-rapporti u s-sommarji:

Sistemi ta’ monitoraġġ diġitali intelliġenti għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali: użi u sfidi.

Sistemi ta' monitoraġġ diġitali intelliġenti għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali: riżorsi fuq il-post tax-xogħol għad-disinn, l-implimentazzjoni u l-użu

Sir af aktar fit-taqsima Diġitalizzazzjoni tax-xogħol